Minn għada t-Tnejn 3 ta' Ottubru ammont konsiderevoli ta' membri tal-Korp tal-Pulizija ser jibdew igawdu minn ħinijiet ġodda tax-xogħol. Dawn il-ħinijiet ser jidħlu fis-seħħ wara li kienet saret talba konġunta miż-żewġ unjins f'Mejju li għadda. Minkejja li f'Mejju li għadda l-Kummissarju preżenti s-Sur Laurence Cutajar kien għadu Aġent Kummissarju, mill-ewwel aċċetta tali proposta ladarba kienet ix-xewqa tal-membri li kienu ser jiġu effetwati u ma kellha ebda impatt negattiv fuq is-servizz li jingħata lill-Pubbliku.
Il-Pulizija
 inkwistjoni huma dawk li jaħdmu fl-uffiċini, fil-passat kienu jaħdmu 
ħinijiet twal fix-xitwa biex ikollhom ħinijiet iqsar fis-sajf. B'dan 
it-tibdil dawn il-Pulizija ser jibdew jaħdmu kif ġej; mit-Tnejn
 sal-Ħamis mis-07:00
sa l-16:30, u nhar ta’ Ġimgħa mis-07:00 sa l-16:15, bi kwarta (15-il 
minuta)
brejk kuljum, mingħajr ebda distinzjoni bejn sajf u xitwa. Dawn 
il-Pulizija kienu ilhom is-snin jixtiequ jkollhom tali ħinijiet, iżda 
sfortunatament l-amministrazzjoni tal-Korp dejjem injorathom. Kemm ilu 
fit-tmexxija tal-Korp il-Kummissarju Laurence Cutajar daħħal ċertu sens 
ta' serenità fi ħdan il-Korp u diversi kundizzjonijiet fil-Korp qed jiġu jitjiebu u qed jindirizza diversi problemi li ilhom pendenti għal snin sħaħ.


No comments:
Post a Comment