Wednesday 19 October 2016

Iffirmat MOU bejn l-MPA u l-POU

 
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-bieraħ, it-Tlieta, 18 t’ Ottubru 2016, ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim (MOU) bejn l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) u l-Police Officers Union (POU) bl-għan illi jibdew jaħdmu id f’id fi kwistjonijiet ta’ nteress komuni.

Wara laqgħat li saru bejn iż-żewġ unjins, dawn qablu li l-aħjar triq tkun dik li fejn jidħol negozjar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Pulizija, huma għandhom jaġixxu kollettivament.  Dan huwa neċessarju sabiex jiġi assigurat li jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet għall-membri kollha tal-Korp u tittieħed kunsiderazzjoni tal-interessi ta’ kulħadd.

Dan l-MOU ġie ffirmat ġewwa l-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija, s-Sur Laurence Cutajar, fil-preżenza tiegħu u tal-Assistent Kummissarju  s-Sur Carmelo Magri.  Il-Kummissarju Cutajar wera l-apprezzament tiegħu lejn il-ħidma taż-żewġ unjins u spjega li dan huwa pass kbir ‘il quddiem għall-ġid komuni.

Għalekk, fil-ġranet li ġejjin, l-MPA u l-POU, flimkien ser ikunu qed jagħmlu talba lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, l-Onorevoli Carmelo Abela, sabiex jibda l-proċess għan-negozjar ta’ ftehim settorjali ġdid li jindirizza ir-realtajiet pekuljari tal-Korp tal-Pulizija.

Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta                                    POU-GWU
Malta Police Associations Center                                        Workers Memorial Building
Spencer Hill,                                                                          Triq Nofsinnhar,
Marsa MRS1959                                                                   Valletta VLT1103
 
 

No comments:

Post a Comment