Saturday 1 October 2016

Pulizija fl-iżbarra iżda kien liberat ... Min se jħallas għal dawn l-iżbalji?



Membru fil-Korp tal-Pulizija kien illiberat minn akkużi li tajjar mara u dan wara li sab lill-POU-GWU ta’ spalla għalih. 

F’dan il-każ, il-Pulizija kien sejjer lura d-dar bil-karozza privata tiegħu meta f’ħin minnhom persuna ta’ sess femminili ħarġet minn wara l-ħaxix u baqgħet dieħla fuq in-naħa ta’ wara tal-karozza. Sussegwentement, huwa kien akkużat li tajjarha. 

F’kummenti ma’ dan il-ġurnal, il-President tal-POU-GWU Sandro Camilleri qal li minnufih inġibdet l-attenzjoni li kollox kien qed jindika li kien impossibbli li tajjarha. 

Huwa spjega li l-Ispettur investigattiv kien għamel ukoll rakkomandazzjoni bil-miktub li dan ma kellux jitressaq il-Qorti għax ma kellu l-ebda tort. 

“Minkejja dan xorta waħda tressaq il-Qorti u ħareġ liberat. Il-POU-GWU toffri għajnuna legali minkejja li dan il-każ ma kienx relatat max-xogħol tiegħu,” qal l-Ispettur Sandro Camilleri.

Huwa temm jistaqsi, “Min se jwieġeb għal dawn l-iżbalji meta bniedem ikollu jgħaddi minn martirju bħal dan?”

No comments:

Post a Comment