Tuesday 18 October 2016

BAĠIT 2017 - Ser jibdew jiġu ndirizzati inġustizzji tal-passat, fosthom kumpens adegwat lill-Pulizija għas-sigħat żejda maħduma bejn l-1993 u l-2009

 


Fil-baġit intqal li l-Gvern jinsab konxju li fil-passat inħolqu anomaliji li għal ħafna nies baqgħu jinħassu bħala inġustizzji: eks ħaddiema tal-korpi tas-snin sebgħin, eks impjegati tal-Malta Electricity Bord, l-overtime tal-Puliżija, eks ħaddiema tax-xatt u oħrajn.

Dan il-baġit se jalloka €8 miljuni  għas-sena 2017 għat-twaqqif ta' fond li minnu se nkunu qed isiru l-ewwel ħlasijiet lil dawn il-persuni. Il-ħsieb hu li jitwaqqaf bord li jkollu l-inkarigu li jamministra dan il-fond u li wara li jagħmel il-konsultazzjonijiet meħtieġa, ifassal mekkaniżmu u proċeduri ġusti dwar kif għandhom jiġu trattati dawn il-każijiet u jsiru l-ħlasijiet b'mod trasparenti u kontabbli fuq medda ta' snin. 

Il-POU GWU tifhem li hemm diversi ħaddiema oħra li għaddew minn inġustizzji simili ta' dak li għaddew minnu l-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-passat u għaldaqstant taċċetta l-fatt li l-kumpens adegwat imwiegħed irid jingħata fuq medda ta' snin raġjonevoli. Il-POU GWU lesta biex tipparteċipa fil-konsultazzjoni f'dan il-bord imsemmi aktar kmieni u minn hemm tiġi mfassla t-triq 'il quddiem biex tali kumpens jibda jitqassam lill-Pulizija konċernati fl-2017.

Il-POU GWU sodifatta li ġew allokati l-ewwel €8 miljuni sabiex jibdew jiġi ndirizzati dawn l-inġustizzji li ilhom pendenti snin sħaħ. Min-naħa l-oħra l-unjin mhux sodisfatta għall-fatt li l-proposta tagħha biex il-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha jkollhom is-46 siegħa xogħol fil-ġimgħa riflessa fil-paga ma ssemmitx f'dan il-baġit. Il-POU GWU ser tibqa' tistinka fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin biex tali proposta tiġi implimentata, għax temmen li fil-preżent il-membri tal-Korp huma żvantaġġati meta kkomparat mal-kumplament mal-membri taċ-ċivil tal-istess skala tagħhom.

No comments:

Post a Comment