Wednesday 18 January 2017

'Se ssibna miegħek sabiex isiru l-bidliet għall-benefiċċju tal-membri tal-Korp' - POU-GWU

Theo Vella, Kevin Camilleri, Angelo Gafa u Sandro Camilleri

Mal-ħatra tas-CEO il-ġdid tal-Korp tal-Pulizija s-Sur Angelo Gafa, l-POU-GWU apparti li awguratlu għall-kariga ġdida, għamlitlu stedina sabiex tinbena l-aħjar relazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Is-sur Gafa laqa' li stedina u l-ewwel laqgħa saret illum l-Erbgħa 18 ta' Jannar ġewwa l-Workers' Memorial Building.

Kienet laqgħa kordjali ħafna fejn fiha ġew skambjati diversi ħsibijiet fuq kif qed jevolvi l-Korp u li sfidi li jridu jiġu ndirizzati sabiex inżommu aġġornati maż-żmenijiet. Ġew diskussi wkoll il-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp u l-unjin talbet lis-sur Gafa sabiex flimkien maż-żewġ unjins (POU-GWU u l-MPA) jinbdew negozjati għall-ftehim settorjali ġdid.

Il-POU-GWU assigurat lis-sur Gafa li se jsibha miegħu sabiex isiru t-tibdiliet neċessarji biex nagħtu servizz aħjar lill-Pubbliku u ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Pulizija kollha. Is-sur Gafa laqa' b'sodisfazzjon li fuq kwistjonijiet ta' natura kollettiva ż-żewġ unjins se jkunu flimkien u wiegħed li jisma' l-opinjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta jsiru bidliet li ser jiġu affetwati l-ħaddiema.

Fiż-żmien li ġej għandu jkun hemm aktar laqgħat ta' din ix-xorta u l-POU-GWU wiegħdet il-koperazzjoni sħiħa tagħha għall-ġid tal-pubbliku u l-membri tal-Korp.

 

No comments:

Post a Comment