Wednesday 25 January 2017

Il-kwistjoni tal-Fond Ġenerali tal-Pulizija - Pou Gwu

Minn fejn tlaqna?

Bejn Marzu u Diċembru 2015 

  • Staqsejna d-domandi li kienu jistaqsu ħafna membri tal-Korp fejn qed imorru l-flus.
  • Ma kienx hemm risposti sodisfaċenti mill-amministrazzjoni tal-Korp.
  • Staqsejna direttament lill-Awditur Ġenerali jekk kienx imur għal verifika l-awditjar skont il-liġi, ir-risposta kienet fin-negattiv.
  • Tlabna laqgħa mal-amministrazzjoni tal-Korp biex inkunu nafu x’miżuri ser jittieħdu minħabba dan il-ksur ta’ liġi, għamilna suġġerimenti biex ikun hemm trasparenza assoluta u l-fond jintuża verament għall-Ġid tal-membri tal-Korp.
  • Il-Proposti tagħna ġew injorati kompletament u saħansitra kien hemm tonalità arroganti.
  • Ħriġna direttiva biex il-membri tagħna ma jħallsux il-kontribuzzjoni għax-xahar ta’ Ġunju 2015.
  • Komplejna bid-direttiva biex il-membri tagħna ma jħallsux il-kontribuzzjoni għax-xahar ta’ Settembru 2015.
  • F’Ottubru l-Kummissarju preċedenti jitlob li niltaqgħu biex insibu soluzzjoni, jwiegħed li l-fond se jkun awditjat u vverifikat skont il-liġi, li se jkun trasparenti billi jippubblikalna l-figuri tal-fond u jikkunsidra li jwaqqaf kumitat ta’ moniteraġġ fuq proposta tagħna.
  • Nissospendu d-direttiva għax-xahar ta’ Diċembru 2015 sabiex nibdew paġna ġdida fuq il-premessa ta’ trasparenza.

Bejn Jannar u Diċembru 2016

  • Nagħtu żmien biżżejjed sabiex jibda jiġi implimentat dak li kien imwiegħed.
  • F’Marzu niktbu l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jekk l-awditjar tal-Korp marx għall-verifika, ir-risposta kienet fin-negattiv, ninfurmaw lill-Kummissarju li nafu li għadu ma mar ebda awditjar għand l-Awditur. 
  • Wara pressjoni li għamilna, l-Awditur Ġenerali jinfurmana li l-awditjar tal-fond wasal għandhom għall-verifika u ser jibda jaħdem fuqu.
  • F’April jirriżenja l-Kummissarju preċedenti.
  • Minn dak li kien imwiegħed ma sar assolutament xejn ħlief li mar l-awditjar għall-verifika.
  • Ħriġna direttiva biex il-membri tagħna ma jħallsux il-kontribuzzjoni għax-xahar ta’ Ġunju 2016.
  • F’Awwissu jinħatar Kummissarju Kummissarju s-sur Laurence Cutajar.
  • Il-Kummissarju Cutajar jitlob laqgħa magħna sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni, ikun hemm qbil li jiġi kompost kumitat sabiex ikun hemm moniteraġġ u konsultazzjoni dwar il-fond.
  • Nissospendu d-direttiva għax-xahar ta’ Settembru 2016 wara qbil fil-prinċipju mal-amministrazzjoni ġdida tal-Korp taħt it-tmexxija tal-Kummissarju Cutajar.
  • L-amministrazzjoni tal-Korp titlob liż-żewġ unjins ewlenin li jirrapreżentaw il-membri tal-Korp u l-penzjonanti sabiex jinnominaw persuna kull wieħed biex ikun fil-board imwiegħed. Għan nom tal-POU GWU jinħatar is-Surġent Theo Vella, l-Ispettur Sandro Camilleri jkun sostitut.
  • F’nofs Novembru l-Kummissarju Cutajar ilaqqa' għall-ewwel darba l-kumitat kompost u jkun hemm qbil li wara li jiġi analizzat ir-rapport tal-NAO insibu l-aħjar triq ‘il quddiem biex il-fond igawdu minnu l-membri kollha tal-Korp. Il-Kummissarju jaġġorna t-tieni laqgħa għal Jannar.
  • Lejn tmiem Novembru jkun pubblikat ir-rapport tal-NAO dwar il-fond Ġenerali tal-Pulizija għas-sena 2015. Ir-rapport jindika nuqqasijiet kbar fil-mod kif jiġi amministrat il-fond u jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet. Jgħid ukoll li qabel is-sena 2015 ma kienx isir awditjar bi ksur ta’ liġi.
  • Il-POU GWU titlob laqgħa urġenti wara r-rapport tal-NAO. Il-Kummissarju ma jilqax din it-talba u jħalli l-laqgħa għal Jannar.
  • Il-POU GWU tgħid lill-membri tagħha li minkejja li ma ħarġitx direttiva, il-membri m’għandhomx għalfejn iħallsu qabel jiltaqa’ l-kumitat kompost.

Jannar 2017

  • F’Jannar jiltaqa’ l-kumitat fejn il-Kummissarju jgħid li għadu mhux sodisfatt, jirrikonoxxi li kien fadal ħafna aktar xi jsir, li hemm nefqa eseġerata fil-‘parties’ u li trid tinstab soluzzjoni sabiex il-mutual fund biex isir sostenibbli. Wiegħed li ser jevelwa l-proposti li ser iressqu l-unjins fil-laqgħa li jmiss u li beħsiebu jlaqqa l-Kumitat darba fix-xahar.
  • Fil-laqgħa r-rappreżentant tal-POU GWU jinnota li ma kienx hemm ħeġġa biex jittieħdu proċeduri fil-konfront ta’ min kien jamministra l-fond illegalment u dan sabiex tintrefa’ r-responsabbiltà
  • Fil-laqgħa l-MPA jitolbu lill-Kummissarju jtihom madwar €19,000 mill-fond ġenerali tal-Pulizija, skont huma dawn dovuti lilhom għax fis-sena 2014 (meta ma kien isir ebda awditjar) ħadu biss ¼ tas-somma (madwar €6,000). Konferma li qabel id-dritt li membru tal-Korp jidħol fi trejd unjin tal-għażla tagħhom kienu l-MPA kienu jieħdu madwar €25,000 fis-sena. Ir-rappreżentant tal-POU GWU jagħmilha ċara li jekk dawn il-flus ser jinatgħu ser ikollna l-problemi.
  • Il-Kummissarju ma jieħux pożizzjoni dwar dak li qed jitolbu l-MPA u jipposponi d-deċizzjoni tiegħu għal aktar ‘il quddiem.
  • Il-POU GWU tlaqqa r-rappreżentanti tagħha u tispjegalhom dan kollu. Xi rappreżentanti staqsew jekk hemmx il-possibilità li mill-kontribuzzjoni li se nħallsu f’Diċembru ux ser jiġu mogħtija lill-MPA. 
  • Il-POU GWU tistaqsi l-Kummissarju jekk ux biħsiebu jagħti xi flus lill-MPA mill-kontribuzzjonijiet li ser jinġabru ta’ Diċembru. Assigurana li mhu ser jagħti ebda flus ta’ din ix-xorti qabel jinforma lill-kumitat kompost.
  • Meta qiset kollox il-POU GWU tiddeċiedi li l-membri tagħha għandhom iħallsu l-kontribuzzjoni għax-xahar ta’ Diċembru.
  • Minkejja li l-MPA ħolqot din l-atmosfera negattiva esponenti taż-żewġ unjins xorta waħda ser jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex ifasslu l-proposti tagħhom ta' x’għandhom ikunu l-prioritajiet tal-fond u kif għandhom jiġi ndirizzati l-problemi li identifika l-NAO.
Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt:
 https://www.facebook.com/797912446991609/videos/1181460141970169/

No comments:

Post a Comment