Illum
 6 ta' Settembru l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ħarġet stqarrija fejn 
attakkat personali lill-Ispettur Sandro Camilleri għax qed ikun il-vuċi 
tal-membri tal-Korp. Wara l-ewwel sigħat tal-isqarrija kemm l-Ispettur 
Camilleri personali kif ukoll ġewwa l-uffiċċju tal-unjin daħlu ammont 
kbir ta' messaġġi u telefonati ta' solidarjetà favur l-Ispettur 
Camilleri
Dan kollu nqala wara li l-Ġimgħa 2 ta' Settembru 
l-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri għamel stqarrija 
viżiva flimkien mal-Viċi President tal-unjin li se tkun sospiża 
direttiva li kienet għamlet l-unjin f'Ġunju li għadda. Id-direttiva 
kienet tgħid biex il-membri fi ħdan il-POU GWU ma jħallsux 
il-kontribuzzjoni li l-membri tal-Korp huma obbligati jħallsu kull tlett
 xhur.
Wara li ġiet imwaqqfa l-POU GWU mill-ewwel riedet tkun taf 
fejn qed imorru dawn il-flus u jekk kienx amministrat skont il-liġi. 
Irriżulta li dan il-fond ma kienx amministrat skond il-liġi u spiċċa 
jiġi investigat mill-IAID. Wara diversi diskussjonijiet mal-Kummissarju 
preżenti instabet soluzzjoni sabiex dan il-fond jiġi amministrat b'mod 
trasparenti.
Jidher li dan l-aħħar ammont konsiderevoli ta' membri 
tal-Korp kienu qed jikkritikaw lill-MPA talli mhux qed jitkellmu dwar 
il-problemi u d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-membri fi ħdan 
il-Korp. Fil-fatt fl-aħħar ġimgħat mhux biss ħafna mill-membri tal-Korp 
ġeddew li sħubija tagħhom fil-POU GWU, iżda daħlu ħafna membri ġodda li 
tkellmu apertament li mhux sodifatti mill-ħidma tal-MPA.
Il-kumitat Ċentrali tal-POU GWU qed jagħtu pubblikament 
is-solidarjetà lill-President tagħhom u jħeġġuh ikompli jkun il-vuċi 
tal-membri tal-Korp għax fadal ħafna xogħol xi jsir.

No comments:
Post a Comment