Wednesday 3 May 2017

Il-Formoli tal-kumpens għas-sahra bejn l-1993 u l-2009 jridu jiġu preżentati l-uffiċċju tal-RSM

 
Il-Formoli tal-kumpens għas-sahra bejn l-1993 u l-2009 jridu jiġu preżentati l-uffiċċju tal-RSM u mhux lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kif indikat f'artiklu 3(v). Kull applikazzjoni ser tiġi numerata, ittimbrata, reġistrata u tingħata rċevuta għal kull applikazzjoni preżentata. Kull pesuna għandha ċans sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Ġunju, 2017 biex tippreżenta l-applikazzjoni.

Bil-ħsieb li tiġi implimentata Miżura tal-Baġit tal-2017, il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fasslu Skema li l-għan tagħha huwa li tipprovdi għotja ta’ darba għal “sahra” li uffiċjali tal-pulizija ħadmu bejn l-1 ta’ Settembru, 1993 u l-31 ta’ Diċembru, 2009. 

SKEMA

1. Tifsir
Sakemm fil-kuntest ma hemmx mitlub mod ieħor, fl-Iskema

“Malta” tfisser il-Gżejjer Maltin;

“applikant/i” tfisser individwu/i li ssottometta/ew applikazzjoni.

“perjodu effettiv” tfisser kwalsijasi perjodu bejn l-1 ta’Settembru, 1993 u l-31 ta’ Diċembru, 2009.

“persuna/i eliġibbli” tfisser membru/i jew eks membru/i tal-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija, Surġent jew Surġent Maġġur li ħadem/mu sigħat addizzjonali matul il-perjodu effettiv jew għal parti mill-istess perjodu effettiv.

2. Applikabbiltà 
 L-Iskema tgħodd għal dawk il-persuni eliġibbli li ħadmu “sahra” matul il-perjodu effettiv.

L-Iskema tgħodd ukoll għall-eredi ta’ persuni eliġibbli li huma mejta meta ssir l-applikazzjoni għall-għotja ta’ darba taħt din l-Iskema.

3. Kif tapplika u dokumenti meħtieġa
(i) Applikazzjonijiet taħt din l-Iskema għandhom isiru fuq l-applikazzjoni murija fl-Iskeda ma’ din l-Iskema u għandhom jinkludu kull informazzjoni u dettalji kif mitluba fl-imsemmija formola u skont id-disposizzjonijiet talIskema.

(ii) Fil-każ ta’ applikazzjonijiet taħt din l-Iskema magħmula f’isem persuna eliġibbli llum mejta, l-applikazzjoni trid issir mill-eredi. Fejn hemm aktar minn eredi wieħed, għandha ssir applikazzjoni waħda konġunta mill-eredi. Flimkien mal-applikazzjoni, għandha tiġi sottomessa wkoll dikjarazzjoni magħmula minn nutar pubbliku, f’liema dikjarazzjoni għandu jkun hemm dikjarat min hu jew min huma l-eredi tal-mejjet fuq il-kundizzjoni li l-mejjet kien eliġibbli li japplika għall-Iskema. Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jirriżerva d-dritt li jitlob għal aktar dokumenti minbarra d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq.

(iii) Applikazzjonijiet għandu jkollhom ukoll kwalsijasi dokumenti u informazzjoni oħra li l-Ministru responsabbli għall-Finanzi u l-Ministru responsabbli għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jista’, minn żmien għal żmien, jitlob.

(iv) Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jinstab li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskema li jkunu eliġibbli għall-ħlas tal-għotja ta’ darba.

(v) Applikazzjonijiet taħt din l-Iskema, inkluż iddokumenti li għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni, għandhom jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Ġunju, 2017.

4. Għotja li titħallas taħt din l-Iskema
Persuna eliġibbli, jew applikant f’isem persuna eliġibbli, li jikkwalifika skont il-perjodu effettiv jista’ japplika għallgħotja ta’ darba fir-rigward tas-sigħat addizzjonali maħduma fil-perjodu effettiv.

5. ħlas tal-għotja 
L-ammont kollu tal-għotja għandu jitħallas lill-applikant eliġibbli permezz ta’ ċekk li jiġi mpustat fl-indirizz muri fuq l-applikazzjoni. Ebda mgħax m’għandu jibda jiddekorri fuq l-ammont tal-għotja dovuta lill-applikant. Hija kundizzjoni ta’ l-Iskema li meta jaċċetta l-għotja, l-applikant ikun qed jirrinunzja għal kwalsiasi talba oħra marbuta mas-“sahra” maħduma fil-perjodu effettiv.

L-Iskema tista’ tkun mifruxa fuq għadd ta’ snin b’diversi sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa minn żmien għal żmien. Kull sejħa ta’ applikazzjoni tkun suġġetta għal verifika separata. Id-dettalji jitħabbru ma’ kull sejħa li tista’ toħroġ.

6. Validità tal-applikazzjoni 
Ma titqiesx li tkun saret applikazzjoni kemm-il darba din ma tkunx sħiħa u kompluta f’kull aspett materjali tagħha u kemm-il darba ma jkunx fiha t-tagħrif kollu mitlub flimsemmija applikazzjoni u dokumenti li jistgħu jiġu mitluba.

7. Reviżjoni ta’ deċiżjonijiet 
Applikant li l-applikazzjoni tiegħu għall-ħlas ta’ għotja taħt l-Iskema ma tkunx ġiet milqugħa, se jiġi infurmat b’dan ir-rifjut permezz ta’ ittra reġistrata mingħand il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Applikant li jħoss ruħu aggravat bid-deċizjoni meħuda għandu d-dritt jitlob reviżjoni tal-imsemmija deċiżjoni fi żmien wieħed u għoxrin (21) ġurnata minn meta jirċievi d-deċiżjoni. It-talba għal reviżjoni flimkien ma’ kopja talittra tar-rifjut għandha tintbagħat matul il-perjodu stabbilit permezz ta’ ittra reġistrata lis-Segretarju tal-Bord għarReviżjoni tal-Għotjiet, fi 2, Triq Mikiel Anton Vassalli, IlBelt Valletta CMR 02.

Ir-reviżjoni tad-deċiżjoni għandha ssir mill-Bord għarReviżjoni tal-Għotjiet, liema Bord għar-Reviżjoni talGħotjiet għandu jiġi stabblilit wara li tinħareg ordni millMinistru responsabbli għall-Finanzi u tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Id-deċiżjoni tal-Bord għar-Reviżjoni tal-Għotjiet hija finali u m’għandu jkun hemm l-ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord għar-Reviżjoni tal-Għotjiet.

8. Emendi għall-Iskema 
Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jkollu d-dritt li jagħmel kull emenda f’din l-Iskema bil-pubblikazzjoni ta’ dawk l-emendi fil-Gazzetta tal-Gvern.

AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL L-APPLIKAZZJONI TAL-KUMPENS
https://www.gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Government%20Notices/Documents/MFSS%20scheme3%20Gaz%202.5.pdf 

No comments:

Post a Comment