Monday 10 July 2017

Għaxar xhur priġunerija u €5,000 multa talli aggredixxa Pulizija fost akkużi oħra


Sentenza eċċellenti mill-Qorti tal-Maġistrati fuq bniedem li attakka lill-Pulizija membri tagħha l-POU-GWU. Il-Pulizija kellhom jintervjenu ġewwa Kazin fl-Imqabba f’Marzu tas-sena li għaddiet, peress li kien ġie rrapportat li kien hemm mużika għolja, malli l-Pulizija waslu fuq il-post ċertu Michael Farrugia mill-ewwel kien aggressiv fil-konfront tagħhom, fil-fatt din il-persuna attakkat u saħansitra gidem lil wieħed mill-Pulizija. Eventwalment ġie arrestat u mressaq il-Qorti.

Il-POU-GWU tat l-assistenza kollha taghna tul il-perkors tal-Qorti kollu. Illum ingħatat is-sentenza: 10 XHUR HABS EFFETTIV U 5,000 EURO MULTA. Prosit lill-Ispettur Melvin Camilleri bħala uffiċjal prosekutur u lill-Assistant Kummissarju Sandro Gatt li kellna koperazzjoni sħiħa minnu.


------------------------------


AKKUŻI

Fl-Imqabba, fiż-Żurrieq u/jew fi bandi oħra f’Malta, nhar is-27 ta’ Marzu, 2016, għall-ħabta għal-erbgħa ta’ wara nofsinhar (16:00hrs):

1. Ingurja jew għamel offiża fuq il-persuna ta’ persuni inkarigati skont il-liġi minn servizz pubbliku u ċjoè PS 1227 Malcolm Pace, PC 1149 Aaron Debono u PC 1416 Daniel Galea waqt li kienu qed jagħmlu jew minħabba li kienu qed jagħmlu dan is-servizz jew bil-ħsieb li jbeżżahom jew li jinfluwixxi fuqhom kontra l-liġi flesekuzzjoni ta’ dak is-servizz;

2. Attakka jew għamel resistenza bi vjolenza jew b’hebb ta’ xorta li titqies bħala vjolenza pubbilka, kontra l-persuna ta’ wħud inkarigati skont il-liġi minn servizz pubbliku u ċjoè lil PS  1227 Malcolm Pace u PC 1149 Aaron Debono waqt li kienu qed jagixxu għall-esekuzzjoni tal-liġi;

3. Għad li kien xurban, qal fil-pubbliku xi kliem oxxen u indiċenti liema kliem kien jikkonsisti ukoll fi kliem jew espressjonijiet ta’ dagħa jew għamel atti jew ġesti oxxeni jew b’xi mod ieħor offenda l-morali, l-imġieba xierqa jew id-diċenza pubbliku;

4. Kiser volontarjament il-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku;

5. Ma obdiex ordnijiet leġittimi ta’ wieħed inkarigat skont il-liġi minn servizz pubbliku u ma ħalliehx u fixxklu waqt li qed jagħmel d-dmirijiet tiegħu;

6. F’lok pubbliku jew miftuħ għall-pubbliku instab fis-sakra b’mod li ma jkunx jista’ jieħu ħsieb tiegħu nnifsu; u

7. Irrenda ruħu reċediv.

SENTENZA

Illi fid-dawl ta’ din il-gurisprudenza u tar-rizultanzi processwali l-Qorti tqis li lprosekuzzjoni irnexxiela tipprova l-akkuzi kollha filwaqt li l-hames imputazzjoni hija assorbita, ai fini ta’ piena, fit-tieni imputazzjoni. 

Illi giet prezentata sentenza fil-konfront tal-imputat moghtija nhar is-27 ta’ Marzu, 2014, precizament sentejn qabel ma sehh dan il-kaz, minn fejn jirrizultaw l-istess konnotati tal-imputat. Ghalhekk l-addebitu tar-recidiva gie soddisfacentement ppruvat ukoll.

In kwantu ghal piena, il-Qorti hadet in konsiderazzjoni in-natura tar-reati li qed tinstab htija dwarhom; reati intizi sabiex jimminaw iz-zamma tal-ordni, u aghar minnhekk, jigu vittimizati dawk li lilhom gie fdat dan l-inkarigu.

Ittiehed konsiderazzjoni ukoll tal-fedina penali tal-imputat li bl-ebda mod ma jista’ jitqies bhala xi first time offender. Ma jistax ma jigix nnutat li l-imputat f’Marzu, 2014, instab hati propju fuq offizi identici u cioe` li ghamel offizi fuq persuna nkarigata skond il-ligi minn servizz pubbliku, gwardjan lokali, kif ukoll li attakka u ghamel rezistenza kontra l-imsemmi gwardjan. 

Ghal dawn il-mottivi wara li rat l-artikoli 17(b)(h), 31, 49, 50, 95, 96(a), 338(bb)(dd)(ee)(ff) u 339(1)(e) tal-Kapitolu IX tal-Liġijiet ta’ Malta, issib lillimputat hati tal-akkuzi kollha migjuba fil-konfront tieghu, u tikkundannah ghal ghaxar xhur prigunerija kif ukoll ghal multa ta’ €5,000.

No comments:

Post a Comment