Wednesday 26 July 2017

Fadal jumejn ċans biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet dwar il-kumpens tas-sahra 1993-2009 fil-Korp tal-Pulizija


F'Mejju li għadda l-gvern fetaħ l-iskema sabiex jingħata kumpens għal sigħat żejda maħduma bejn l-1993 u l-2009. Eleġibbli biex japplikaw kien hemm Pulizija, Eks Pulizija jew familjari ta' Eks Pulizija li m'għadhomx ħajjin u li b'xi mod kienu jaħdmu aktar minn 46 siegħa mingħajr ma kienu jitħallsu tiegħu fil-perijodu indikat aktar kmieni.

Oriġinarajment il-perijodu biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet kien id-9 ta' Ġunju, iżda peress li kienn ammont konsiderevoli ta' werrieta li ma kenux ser ilaħqu jipproċessaw id-dokumentazzjoni meħtieġa l-perijodu ġie estiz sal-Ġimgħa 28 ta' Lulju.

Dawk li għadhom ma ssottomettewx l-applikazzjoni għandhom jagħmlu dan sa mhux aktar tard mit-28 ta' Lulju ġewwa l-uffiċċju tal-RSM fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija, Floriana. Dawk li mhux ser jissottomettu l-applikazzjoni fil-ħin ser ikunu tilfu l-kumpens li ser jingħata din is-sena.

Il-proċess tal-verifika għal dawk eleġibbli għandu jintemm sal-aħħar ta' Awwissu u b'hekk aktar tard din is-sena ser jinħarġu l-pagamenti lil dawk kollha ntitolati.


No comments:

Post a Comment