Fadal
 l-aħħar ftit sigħat qabel tintemm il-Presidenza ta' Malta fl-Unjoni 
Ewropea u m'hemm ebda dubju li din il-Presidenza kienet suċċess. 
Presidenza bħal din kienet tirrikjedi l-involviment u ħidma ta' diversi 
persuni li ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà u l-koordinament  bejn 
dawk kollha involuti wassal għal dan is-suċċess.
Forsi
 mhux kulħadd jirrealizza jew japprezza, iżda biex din il-Presidenza 
kienet suċċess kien hemm ħidma ma taqta' xejn mill-forzi tal-ordni 
kollha fil-pajjiz. Minn hawn il-POU-GWU tixtieq tirringrazzja lil dawk 
kollha nvoluti f'din il-ħidma, iżda b'mod partikolari lill-membri kollha
 tal-Korp tal-Pulizija. Titgħaxxaq tisma' kummenti dwar kemm il-Pulizija
 kollha nvoluti ħadmu b'dedikazzjoni u professjonalità waqt 
il-Presidenza. Tieħu pjaċir aktar meta tismagħha minn persuni distinti 
barranin li żgur ma jkollhom ebda aġenda moħbija wara dan il-kliem.
Filwaqt
 nittamaw li l-aħħar sigħat qabel tmiem il-Presidenza ta' Malta 
fil-kunsill Ewropew jgħaddu wkoll b'wiċċ il-ġid nixtiequ nagħmlu appell,
 wieħed indirizzat lill-midja u ieħor lill-gvern tal-ġurnata.
L-ewwel appell tagħna lil xi sezzjonijiet tal-midja huwa biex tieqaf tuża lill-Pulizija għal skopijiet politiċi partiġjani, apparti li dan l-attakk ma wassal għal imkien ħlief li l-aħħar stħarriġ juri li l-midja m'għadhiex kredibbli, għada pitgħada tistgħu tiġu bżonn inthom is-servizz tal-Pulizija.
It-tieni appell indirizzat lejn il-gvern tal-ġurnata, minn hawn infakkruh biex waqt in-negozjati għall-ftehim settorjali ġdid għall-Korp tal-Pulizija li se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin, iżomm f'moħħu li mingħajr is-sigurtà fil-pajjiż din il-Presidenza qatt ma setgħet kienet suċċess. Dan ifisser li lil hin mill-kliem t'apprezzament wasal iż-żmien li l-membri tal-Korp tal-Pulzija jkollhom pakkett ta' kundizzjonijiet ferm aħjar minn dak tal-lum.

Waqt
 li resqin lejn it-tmiem il-Presidenza ta' Malta fl-UE irridu mill-ġdid 
ngħidu GRAZZI lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija. Għamiltuna 
kburin!

No comments:
Post a Comment