Sunday 23 April 2017

Solidarjetà mal-Kummissarju Lawrence Cutajar... Inħeġġuk tinjora t-talba tal-UĦM! - POU-GWU

 

Bħala unjin dejjem qadna l-bogħod mill-kontroversja politika u qatt ma nagħmlu distinzzjoni bejn membru u ieħor minħabba t-twemmin politiku tiegħu, dan jista' jixhdu kull min kellu bżonn is-servizz tagħna. Għaldaqstant jidher li l-attakki fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qed jizdiedu u saħansitra qed jiġi insultat fuq livell personali.

Anke llum ser noqgħodu l-bogħod mill-kontroversja politika, iżda huwa evidenti l-għan ta' dan kollu qed isir biex jiġu attakkati l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija. Kull membru fil-Korp tal-Pulizija jaf li kemm ilu fit-tmexxija tal-Korp is-sur Lawrence Cutajar daħlet ċerta serenità u bil-mod il-mod qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol li kienu ilhom pendenti snin sħaħ. Fi ħdan il-Korp nafu li l-Kummissarju Cutajar QATT m'għamel xi vendikazzjonijiet mal-membri tal-Korp u jagħmel minn kollox biex jgħin lil kull wieħed u waħda minnha.

Sfortunatament issa mhux biss ġie nsulentat minn xi politiċi u xi ġurnalisti, iżda wkoll minn trejd unjin (UĦM) li qatt ma nteressaha mill-kundizzjonijiet tal-Pulizija, saħansitra din l-unjin talbet għar-riżenja tal-Kummissarju Cutajar. Hija ħasra li l-unjin qatt ma fetħet ħalqa meta l-membri tal-Korp verament kollhom bżonn unjin li tkun il-vuċi tagħhom.

Minkejja li anke aħna ġieli ħadna pożizzjonijiet kontra xi deċizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Korp, dan ma jfissirx li għandna ninsulentaw personalment. Bħala POU-GWU rridu nuru s-solidarjetà tagħna mal-Kummissarju Cutajar għal dak li għaddejn minnu bħalissa u nħeġġuh jinjora kompletament it-talba tal-UĦM, ċioe dik li għandu jirreżenja.

Minn hawn nawguraw lill-Kummissarju Lawrence Cutajar il-ħidma t-tajba.

Stqarrija tal-UĦM

9 comments:

  1. Le ma naqbilx mal UHM li il kummissarju ghandu jirrizenja

    Ex Pc 518

    ReplyDelete
  2. Le ma naqbilx, dan min mnejn sa fejn issa il union qed tindahal min jkun kummissarju...........

    ReplyDelete
  3. dazgur li ma naqbilx li ghandu jirrezenja ax talbet il uhm.!!
    min huma biex jghidulu x ghandu jaghmel, u fiex jifhmu f xogholu ?!!

    ReplyDelete
  4. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  5. stay on mr cutajjar, simply ignore

    ReplyDelete
  6. tatix kass li jedu uhm dawn baqaw lisetes fema pn biss komli bxgholok ghax dawn hekk iriedu ikisru li kullhadd ara huma qedien jamlu li iriedu kemm kelhom ghalxix jirezinjaw u dak il muntun ta xmun jaqbes ghalijhom

    ReplyDelete
  7. kif, mela dan il-Kummissarju ghadu ma irrezinjax?!!! Inkompetenti u jiehu ordni biss minn Kastilja, meta l-ligi ittieh il-poter u r-responsabbilta' li jagixxi minn jeddu, specjalment fuq kazi serjissimi bhal dawk ta' nhar il-Hamis b'allegazzjonijiet gravi fuq mart il-PM innifsu!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Jien nahseb insommha huea stat ta fatt li kien frame up u nahseb is sur cutajar u bniedem inteligenti biz zejjed li nduna li kienet Farsa mil bidu sa l ahhar fuq il mara tal prim ministru joseph muscãt...nishad u bi pjacir najda li is sur cutajar huwa bniedem ta serheta u integrita kbira mhux kumidjant bil microphone fidejh

      Delete