Saturday 29 April 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar il-Ġimgħa 28 ta' April 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar il-Ġimgħa 28 ta' April 2017

Sunday 23 April 2017

Solidarjetà mal-Kummissarju Lawrence Cutajar... Inħeġġuk tinjora t-talba tal-UĦM! - POU-GWU

 

Bħala unjin dejjem qadna l-bogħod mill-kontroversja politika u qatt ma nagħmlu distinzzjoni bejn membru u ieħor minħabba t-twemmin politiku tiegħu, dan jista' jixhdu kull min kellu bżonn is-servizz tagħna. Għaldaqstant jidher li l-attakki fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar qed jizdiedu u saħansitra qed jiġi insultat fuq livell personali.

Anke llum ser noqgħodu l-bogħod mill-kontroversja politika, iżda huwa evidenti l-għan ta' dan kollu qed isir biex jiġu attakkati l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija. Kull membru fil-Korp tal-Pulizija jaf li kemm ilu fit-tmexxija tal-Korp is-sur Lawrence Cutajar daħlet ċerta serenità u bil-mod il-mod qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol li kienu ilhom pendenti snin sħaħ. Fi ħdan il-Korp nafu li l-Kummissarju Cutajar QATT m'għamel xi vendikazzjonijiet mal-membri tal-Korp u jagħmel minn kollox biex jgħin lil kull wieħed u waħda minnha.

Sfortunatament issa mhux biss ġie nsulentat minn xi politiċi u xi ġurnalisti, iżda wkoll minn trejd unjin (UĦM) li qatt ma nteressaha mill-kundizzjonijiet tal-Pulizija, saħansitra din l-unjin talbet għar-riżenja tal-Kummissarju Cutajar. Hija ħasra li l-unjin qatt ma fetħet ħalqa meta l-membri tal-Korp verament kollhom bżonn unjin li tkun il-vuċi tagħhom.

Minkejja li anke aħna ġieli ħadna pożizzjonijiet kontra xi deċizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Korp, dan ma jfissirx li għandna ninsulentaw personalment. Bħala POU-GWU rridu nuru s-solidarjetà tagħna mal-Kummissarju Cutajar għal dak li għaddejn minnu bħalissa u nħeġġuh jinjora kompletament it-talba tal-UĦM, ċioe dik li għandu jirreżenja.

Minn hawn nawguraw lill-Kummissarju Lawrence Cutajar il-ħidma t-tajba.

Stqarrija tal-UĦM

Saturday 15 April 2017

Għamilna dak li kellha tagħmel l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija - POU-GWU

 
Għall-ħabta ta’ nofs Marzu l-POU-GWU rċeviet xi lmenti minn membri fi ħdanha stazzjonati 5PD, uffiċjali tal-unjin marru personalment fuq il-post biex jifhmu aħjar lilment konċernat. Il-problema li kellhom dawn il-membri tal-Korp tirrigwardja fixed point 24/7 li bħalissa qed issir f’hangar fil-Mosta.

F'Ottubru tas-sena l-oħra kien seħħ inċident fejn waqa ajruplan viċin l-ajruport f'Ħal Luqa u mietu ħames persuni, infetħet inkjesta Maġisterjali u ġew nominati diversi esperti dwar il-każ. Eventwalment ġie deċiz li l-fdalijiet tal-ajruplan inkwistjoni jittieħdu u jinżammu ġewwa hangar fil-Mosta għal aktar analizi u stħarriġ ulterjuri.

Il-hangar inkwistjoni fil-passat kien parti mill-fabbrika tal-kumpanija datatrak li ma baqgħetx topera minn hemm u għaldaqstant ma kienx hemm aktar servizz ta' ilma u elettriku. Jidher li wara li ġew trasportati l-esebiti kollha nkwistjoni, l-Qorti talbet sabiex dawn l-esebiti jkunu sorveljati mill-Pulizija 24/7 u anke ġie nstallat servizz temporanju tal-elettriku sabiex l-esebiti jkunu jistgħu jidhru f'kull ħin tal-ġurnata partikolarment bil-lejl.

Għal xi raġuni s-servizz tal-ilma qatt ma kien installat u minkejja li ġo dan il-hangar stess hemm il-faċilitajiet kollha ta' toilets dan ma setax jintuża minħabba n-nuqqas tas-servizz tal-ilma. Il-Pulizija nkwistjoni kienu ilhom jilmentaw mas-superjuri tagħhom dwar dan in-nuqqas u ftit li xejn raw ħeġġa biex tiġi solvuta din il-kwistjoni.

Ladarba l-amministrazzjoni tal-Korp ma ħaditx l-inizjattivà hi biex taħseb għal dan is-servizz minkejja li l-Pulizija konċernati għaddew lilmenti lis-superjuri tagħhom, daħlet direttament il-POU-GWU fil-kwistjoni. Fil-fatt l-unjin għamlet il-kuntatti meħtieġa mal-Water Services Corporation, kif ukoll mal-Qorti. Kien hemm koperazzjoni assoluta kemm mill-Qorti, partikolarment mid-Direttur Ġenerali s-sur Frank Mercieca u d-Direttur Ray Scicluna, kif ukoll mill-WSC. Ta’ min jgħid li kien hemm ġudikant partikolari li minkejja li ma kellu x’jaqsam xejn mal-kwistjoni wkoll ta s-sehem tiegħu fil-kwistjoni sabiex dawn il-Pulizija jkollhom l-elementi bażiċi tagħhom imħarsa. . Fil-fatt is-servizz tal-ilma ġie nstallat nhar il-Ħamis li għadda u l-Qorti ser tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha.

Filwaqt li sar progress anke bi dritt li l-Pulizija jistgħu jirrikorru għand it-trejd unjin rispettiva tagħhom meta jkun hemm xi nuqqasijiet, għad fadal ħafna xi jsir mill-aspett amministrattiv fil-Korp. Dan il-każ huwa eżempju fejn il-Pulizija ma ġewx trattati ta’ ħaddiema, iżda ġew trattati ta’ numri. Il-POU-GWU tawgura li l-amministrazzjoni tal-Korp tkun hi li tieħu l-inizjattivà u f’każijiet simili jsiru l-arranġamenti meħtieġa mill-bidu.

Monday 10 April 2017

Xahar ħabs effettiv u multa ta' €1,500 talli m'obdiex ordni ta' Surġent, inġurja u theddid


Xahar ħabs effettiv u multa ta' €1,500 talli m'obdiex ordni ta' Surġent, inġurja u theddid persuna nkarigat minn servizz pubbliku. F'sentenza li ta l-Maġistrat Dr Joe Mifsud nhar it-22 ta' Diċembru 2016 kien ikkundanna lis-sur Carmel Galea 6 xhur ħabs u €2,000 wara li sabu ħati ta' erbgħa (4) mill-ħames (5) kapi t'akkuża fil-konfront tiegħu.

Fl-appell is-sur Galea nstab ħati ta' żewġ kapi t'akkuża, li naqas milli jobdi l-ordnijiet leġittimi li tah PS820 Jonathan Vella u li hedded, inġurja u għamel offiża fuq Dr Mario Scerri bħala persuna inkarigata skont il-liġi minn servizz pubbliku

Dakinhar fil-konkluzzjonijiet tiegħu il-Maġistrat Mifsud kien qal hekk: ‘huwa ta’ thassib serju ghal din il-Qorti l-fatt li l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija cedew ghall-pressjoni tal-imputat u hargu akkuzi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ PS820 Jonathan Vella li qeda dmiru u protega lill-Kummissarju Ghall-Gustizzja u gibed l-attenzjoni ghal illegalitajiet li seta’ ghandu l-imputat.  Kuntrarjament ghall-akkuzi migjuba kontra s-Surgent Vella b’dak li ghamel, gholla r-reputazzjoni tal-Korp tal-Pulizija li ma jippermettux lil min jahseb li jista’ jwettaq ksur ta’ ligi u ma jwegibx ghal dan u ra li tinzamm il-bon ordni f’post fejn titwettaq Gustizzja.’















Tuesday 4 April 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar it-Tnejn 3 ta' April 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar it-Tnejn 3 ta' April 2017


Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt: