Saturday 5 November 2016

Il-POU GWU ssellem lill-membri tal-korp defunti f'ċerimonja fuq l-oqbra tal-Korp

 
Għalkemm iċ-ċerimonja uffiċjali tal-korp tal-Pulizija ser tiġi ċelebrata għada l-Ħadd 6 ta' Novembru, il-POU-GWU ħadet id-deċiżjoni li turi r-rispett tagħha lejn il-Pulizija li ħallewna f’ċerimonja separata minn dik uffiċjali, dan peress li din is-sena ser taħbat fl-istess ħin tal-Presidents Solidarity Fun Run. Il-POU-GWU qed tieħu sehem f’kull avveniment ta’ solidarjetà nazzjonali u flimkien mal-uffiċjali l-oħra tal-GWU għada l-Ħadd ser tattendi din il-mixja.

B’hekk il-POU-GWU sabet bilanċ biex issellem il-memorja tal-Pulizija li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem u fl-istess ħin turi s-solidarjetà tagħha ma dawk kollha fil-bżonn li għadhom magħna. Il-Kummissarju tal-Pulizija kien infurmat b’din id-deċizzjoni fil-jiem li għaddew.

 
 
 

 

No comments:

Post a Comment