Thursday, 12 October 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar il-Ħamis 12 ta' Ottubru 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar il-Ħamis 12 ta' Ottubru 2017


Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt:
https://www.facebook.com/PoliceOfficersUnion/videos/1435562083226639/

Wednesday, 27 September 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar it-Tlieta 26 ta' Settembru 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar it-Tlieta 26 ta' Settembru 2017


Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt:
https://www.facebook.com/PoliceOfficersUnion/videos/1422288704553977/

Tuesday, 29 August 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu 2017


Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt:
 https://www.facebook.com/797912446991609/videos/1396444770471704/

Sunday, 6 August 2017

Laqgħqa bejn il-GWU u l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Dr Michael Farrugia



F'laqgħa li saret nhar it-Tlieta li għadda bejn il-GWU u l-Ministru Michael Farrugia ġew diskussi diversi suġġetti li jirrigwardjaw postijiet tax-xogħol li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.

Is-segretarju taqsima Entitajiet Pubbliċi u gvern Jeremy Camilleri tkellem l-aktar dwar id-detention services u l-ħaddiema tal-aġenzija AWAS. Fin-nuqqas tas-Segretarju tat-taqsima Kenny Muscat attenda għall-laqgħa l-Assistent Segretarju Theo Vella, li bħalissa huwa responsabbli mill-Korpi dixxiplinati. L-aktar li tkellem kien dwar temi li jmissu mal-Pulizija, l-Armata u l-uffiċjali korrettivi.

Aktar laqgħat bejn il-Ministeru u l-kumitati rispettivi fi ħdan il-GWU ser jissoktaw fil-ġimgħat li ġejjin. Kemm il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali kif ukoll il-GWU jaqblu li meta jkun hemm il-bżonn ta' bidliet fuq il-postijiet tax-xogħol rispettivi dawn isiru b'konsultazzjoni mal-unjins. Il-GWU ser tibqa' tkun mhux biss il-vuċi u t-tarka tal-ħaddiema, iżda dan lesta tagħmlu b'sens ta' responsabbiltà u koperazzjoni ma' min iħaddem li f'dan il-każ huwa l-Gvern.

Wednesday, 26 July 2017

Fadal jumejn ċans biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet dwar il-kumpens tas-sahra 1993-2009 fil-Korp tal-Pulizija


F'Mejju li għadda l-gvern fetaħ l-iskema sabiex jingħata kumpens għal sigħat żejda maħduma bejn l-1993 u l-2009. Eleġibbli biex japplikaw kien hemm Pulizija, Eks Pulizija jew familjari ta' Eks Pulizija li m'għadhomx ħajjin u li b'xi mod kienu jaħdmu aktar minn 46 siegħa mingħajr ma kienu jitħallsu tiegħu fil-perijodu indikat aktar kmieni.

Oriġinarajment il-perijodu biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet kien id-9 ta' Ġunju, iżda peress li kienn ammont konsiderevoli ta' werrieta li ma kenux ser ilaħqu jipproċessaw id-dokumentazzjoni meħtieġa l-perijodu ġie estiz sal-Ġimgħa 28 ta' Lulju.

Dawk li għadhom ma ssottomettewx l-applikazzjoni għandhom jagħmlu dan sa mhux aktar tard mit-28 ta' Lulju ġewwa l-uffiċċju tal-RSM fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija, Floriana. Dawk li mhux ser jissottomettu l-applikazzjoni fil-ħin ser ikunu tilfu l-kumpens li ser jingħata din is-sena.

Il-proċess tal-verifika għal dawk eleġibbli għandu jintemm sal-aħħar ta' Awwissu u b'hekk aktar tard din is-sena ser jinħarġu l-pagamenti lil dawk kollha ntitolati.


Affiljazzjoni fil-GWU, fl-ETUC u issa wkoll fil-EUROCOP - POU-GWU

Ritratt: 2 membri mill-kumitat ċentrali POU-GWU u 4 membri mill-kumitat eżekuttiv EUROCOP

Calum Steele, Theo Vella, Angels Bosch Camprecios, Sandro Camilleri, Roger Mercatoris, Georgios Stamatakis

 2015

Wara li fis-sena 2015 il-membri tal-Korp tal-Pulizija ġew mogħtija d-dritt li jissieħbu fi trejd unjin tal-għażla tagħhom ġiet imwaqqfa l-Police Officers' Union (POU). Minnufih fl-istess sena ġiet iffirmata l-affiljazzjoni tal-POU fi ħdan il-General Workers' Union (GWU). L-affiljazzjoni fil-GWU kienet l-ewwel priorità sabiex il-POU setgħet tkun suċċess, b'din l-affiljazzjoni kellna s-servizzi u l-faċilitajiet bażiċi sabiex inkunu nistgħu noperaw. Ma tista' qatt taħdem b'mod ħieles favur il-ħaddiema membri tiegħek u fl-istess ħin qed tiġi ffinanzjat mill-prinċipal (l-employer) jew saħansitra qed jipprovdilek minn fejn topera l-istess prinċipal. Nistgħu nkunu l-vuċi reali għax b'ebda mod ma niddependu mill-prinċipal, iżda niddependu biss mill-miżata tal-membri. B'hekk biss tista' tassigura li tkun indipendenti, ma trid tkun indipendenti minn ħadd ħlief minn min iħadmek.

2016


Bis-saħħa tal-affiljazzjoni tagħna fil-GWU bdejna nattendu diversi taħriġ, seminars u laqgħat għan-nom tal-GWU fi ħdan l-ETUC. Il-mod kif il-GWU titratta l-POU daqs li kieku aħna parti minn taqsima fi ħdanha. Il-GWU fehmet li bħala membri tal-Korp li qatt ma kellna min jirrapreżentana għandna bżonn it-taħriġ u l-esperjenza trejdunjonistika anke fuq livell Ewropew. Bis-saħħa tal-affiljazjoni fl-ETUC qed niksbu esperjenzi anke għax qed nibbenefikaw minn taħriġ li torganizza l-ETUI (European Trade Union Institute) fil-qasam trejdunjonistiku. L-ETUC ilha mwaqqfa mill-1973 u fiha 89 konfederazzjoni ta' trejd unjins minn 39 pajjiż Ewropew differenti. L-ETUC tittapreżenta madwar 60 miljun ħaddiem.

2017

 


L-aħħar affiljazzjoni tal-POU-GWU hija fi ħdan il-EUROCOP (European Confederation of Police). L-għan prinċipali ta' din il-konfederazzjoni Ewropea tal-Pulizija hija sabiex tipproteġi d-drittijiet, is-sigurtà u l-valuri tas-soċjetà Pulizjeskja madwar l-Ewropa. L-għan tagħha huwa wkoll li tibni komunikazzjoni u l-aħjar koperazzjoni possibbli bejn il-Korpi Ewropej. Fost il-promozzjonijiet prinċipali tal-Konfederazzjoni wieħed isib Ewropa aktar soċjali għall-Pulizija, sigurtà interna fl-Ewropa, is-sigurtà tal-Pulizija, solidarjetà u konnessjonijiet aħjar.

Il-EUROCOP tirrapreżenta l-membri tagħha f' diversi istituzzjonijiet Ewropej, għandha status ta' osservatur fil-Kunsill Ewropew, kif ukollgħandha komunikazzjoni kontinwa mal-Kummissjoni Ewropeja, mal-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew. Il-EUROCOP għandha fi ħdanha madwar nofs miljun Pulizija minn 27 pajjiż Ewropew differenti.

Lil hin mill-affiljazzjonijiet kollha msemmija, l-ewwel priorità tal-POU-GWU tibqa dik li nkomplu naħdmu sabiex nammeljoraw il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kull membru.  Minkejja li għad fadal ħafna xogħol xi jsir nemmnu li qegħdin fit-triq it-tajba u nħossu li l-vuċi tal-membri qed tasal fejn għandha tasal. Irridu nżommu f'moħħna li dan ma jkunx biss Grazzi għal unjin u inthom li tissieħbu magħna kontinwament, iżda wkoll bis-saħħa ta' amministrazzjoni tal-Korp li tkun lesta tisma'. 

Kif kulħadd jaf taħt it-tmexxija tal-Kummissarju s-sur Lawrence Cutajar mhux biss għandna amministrazzjoni li tisma', iżda wkoll lesta li tbiddel u ttejjeb fejn ikun hemm il-ħtieġa. Dan ma jfissirx li naqblu f'kollox, iżda żgur li ż-żewġ naħħat għandna l-għan li kull membru tal-Korp jgħix ħajja aħjar u fuq kollox qed naħdmu f'atmosfera b'rispett reċiproku lejn xulxin. 

L-affiljazzjonijiet kollha msemmija huma meħtieġa u mhux b'kapriċċ. B'hekk issa għandna c-channels kollha f'posthom biex ikollna l-għarfien kollu neċessarju u eventwalment nagħtu l-aħjar servizz possibbli lill-membri tagħna.

Wednesday, 12 July 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri fuq F Living TV nhar l-Erbgħa 12 ta' Lulju 2017

Il-President tal-POU GWU l-Ispettur Sandro Camilleri intervistat mill-preżentatur Karl Bonaci fuq l-istazzjon F Living TV Live nhar l-Erbgħa 12 ta' Lulju 2017


Link tal-filmat fuq Facebook. Agħfas hawn taħt:
https://www.facebook.com/797912446991609/videos/1351391781643670/