 |
Times of Malta online nhar is-27 t' Ottubru 2009 |
Kif
ħafna minnkom tafu dan l-aħħar kien hawn min ħareġ bi pjan li ser jiftaħ kawża l-Qorti u biex il-Pulizija jimlew formola partikolari sabiex jitħallsu sitt (6) sigħat
fil-ġimgħa bir-rata tas-sahra u ssir talba biex dawn jitħallsu b’lura tul
l-aħħar sentejn. Qed jiġi mwiegħed li bejn wieħed u ieħor kull Pulizija
li jimla' din il-formola jdaħħal madwar €7,000 kull wieħed fil-but!
WOW!!!
malli tismagħha tgħid worth it inħallas €20 membership u nieħu lura €7,000
ux? Iżda ta’ min wieħed ifakkar li din diġa għaddejna minnha fis-sena 2009,
Kif? Iva fis-sena 2009 xi ħadd kien irrealizza li fl-1993 kien sar agreement taħt it-titlu ta’ New Salaries And Conditions Of Service For
The Police Force fejn fih kien hemm miktub ċar Kristal li kull min jaħdem
aktar minn 46 siegħa fil-ġimgħa jitħallas bir-rata tas-sahra, ċioe bil-1.5
tar-rata normali.
Min
kien jirrapreżenta lill-membri tal-Korp dakinhar kien qal lill-membri biex
jimla’ formola partikolari ħalli jkun parti minn protest ġudizzjarju li jwassal għall-kawża
fil-Qorti u niedu dak li hu tagħna bi dritt. Dak iż-żmien kulħadd beda jagħmel
kalkoli kemm kellu jieħu flus tas-sigħat żejda li ħadem bejn l-1993 u l-2009.
Kien hemm Pulizija li kienu għamlu kalkoli li kellhom jieħdu mal-€50,000,
oħrajn €30,000, €20,000 etċ… insomma kulħadd kien ottimist u kulħadd jippjana x’se
jagħmel b’dawn il-‘flus’!
Fil-fatt
minn madwar 1,800 membru fil-Korp, kien hemm viċin l-1,500 li mlew il-formola
sabiex isimhom ikun fil-protest ġudizzjarju, dan ifisser li aktar minn 83% tal-membri
tal-Korp emmnu f’dak li qalulhom dawk li suppost kienu ‘jirrapreżentawhom’. Dan
il-protest ġudizzjarju fil-fatt kien sar, iżda kollox baqa kif kien, ċioe
kulħadd baqa bil-flus fl-arja! Ma kien hemm ebda Pulizija li ġie trattat differenti, dawk it-83% li
kellhom tama li ser jitħallsu billi mlew il-formola u l-kumplament tas-17% li
ndunaw li din farsa ġew trattati l-istess, kollha baqgħu b’ €00,000 fil-but. Eventwalment biex ninatgħu kumpens minn dawk il-flus kellna niddependu minn wiegħda elettorali li jekk Alla jrid l-ewwel pagamenti jsiru din is-sena.
Iż-żmien
beda jgerbeb u fl-2012 daħal fis-seħħ agreement
ieħor li kellu l-istess titolu, ċioe New
Salaries And Conditions Of Service For The Police Force. Minkejja li kien
hemm xi rinumerazzjonijiet u daħlu wkoll xi allowances
(li ħolqu diskriminazzjoni u firda bejn il-membri tal-Korp) is-sigħat
tax-xogħol normali tal-membri tal-Korp baqgħu 46 siegħa. Hekk hu… imniżżla ċara
kristall li r-rata tas-sahra tibda malli taqbeż is-46 fil-ġimgħa xogħol. Dak
iż-żmien ĦADD ma lissen kelma waħda f’dan ir-rigward.
Issa
fl-2017, ċioe ħames (5) snin wara dan l-agreement
tal-2012 jidher li hawn min stenbaħ li l-maġġoranza tal-ħaddiema taċ-ċivil
jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa u li dawk li jaħdmu aktar jieħdu xi forma ta’ ħlas
addizzjonali. Prosit tassew, sar progress kbir, min kien għama, trux u mutu ġie
jara, jisma’ u jitkellem! Iżda dan mhux biżżejjed, wieħed għandu jifhem ukoll
il-prassi tar-relazzjonijiet industrijali. Għaliex qed jingħad dan? Għax issa
li wasalna tant viċin li għall-ewwel darba jsir ftehim settorjali bejn il-gvern
u l-unjins li jirrapreżentaw il-Pulizija, kawża l-Qorti tista’ tiġi meqjusa
bħala tilwima. Fl-isfera industrijali ebda employer
ma’ jpoġġi biex jinnegozja ftehim kollettiv / settorjali waqt li jkollu xi
tilwima pendenti, il-prassi hi li l-ewwel jiġu sorvolati tali problem biex b’hekk
in-negozjati jsiru f’atmosfera serena u trankwilla.
Bħala POU flimkien ma' trejdunjonisti b'esperjenza fil-GWU minnufih mit-twaqqif tagħna lura fis-sena 2015 konna diġa ddiskutejna u evalwajna l-possibiltà li niftħu kawża f'dan ir-rigward, iżda meta wieħed janalizza l-fatti kollha jasal għall-konkluzzjoni li l-probabbiltà li tintrebaħ il-kawża hija remota ħafna. Fattur ewlieni fost ħafna oħrajn li huwa kontrina bħala Pulizija huwa: kif ser tiftaħ kawża fl-2017 biex tattaka jew tannulla agreement tal-2012? Dan kien jagħmel sens kieku sar fl-2012 stess imma llum se tkun dgħajjef fl-argumenti tiegħek.
Kif wieħed seta' josserva minn meta twaqqafna bħala POU-GWU, aħna promuturi biex is-sigħat li naħdmu l-Pulizija għandha tkun riflessa fil-paga, iżda ma nemmnux li jkun għaqli li l-aktar triq faċli hija dik li tinfetaħ kawża. Nemmnu li aħjar nassiguraw li ntejbu l-pakkett finanzjarju tagħna permezz ta' ftehim settorjali ġdid u nassiguraw flus f'idejna milli nkunu parti minn wiegħeda ta' flus fl-arja (bħalma ġara fl-2009).
Remota kemm hi remota l-possibiltà li l-Qorti taqta' l-kawza favur il-Pulizija, fl-eventwalità li din il-kawża tinfetaħ u tintrebaħ, qed nassiguraw lil kull membru tal-Korp, indipendentament jekk ux membru fi trejd unjin jew le li l-unjin mhux ser tippermetti diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema fuq każ ta' natura kollettiva. Dan kuntrarjament għal dak li qed jgħidu li ser jitħallsu biss dawk li se jkunu parti mill-kawża. Ħalli nkun aktar ĊARI, kull membru tal-Korp ser jiġi trattat l-istess wara li jkun hemm deċizzjoni mill-Qorti u dan hemm il-mezzi kif jista' jsir bis-saħħa u l-esperjenza tal-GWU.
Aħna bħala POU-GWU mhu se nfixxklu xejn f'din il-kawża li qed jgħidu li se tinfetaħ fil-Qorti għax kif intqal aktar kmieni aħna promuturi li l-Pulzija għandhom jitħallsu tas-sigħat li naħdmu, iżda nittamaw li min ser jiftaħ il-kawża ma jfixkilx il-proċess li jibdew in-negozjati għall-ftehim settorjali ġdid biex intejbu u nirranġaw dak li hemm preżentament fil-ftehim tal-2012.
Inħarsu 'l quddiem biex ninnegozjawlkom pakkett ta' kundizzjonijiet ferm aħjar minn dak li għandna llum.
Tislijiet għeżież membri.
Link tat-Times of Malta datata 27 t' Ottubru 2009
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20091027/local/1-500-police-officers-file-action-for-overtime.279109